Ġlieda tħalli 26 persuna mejta – One News

Notifiki

Ġlieda tħalli 26 persuna mejta

Madwar 26 għoxrin persuna mietu waqt irvell li dam erbatax-il siegħa f’ħabs fil-Brażil. Sorsi tal-BBC qalu li ċ-ċifra ta’ mwiet riveduta hija tliet darbiet iktar minn dak irrapportat fil-bidu, numru li mistenni jkompli jiżdied.

L-irvell qam is-Sibt wara nofsinhar bejn membri ta’ gruppi rivali fil-ħabs Alcacuz.  Uffiċjali tal-ħabs spjegaw li uħud mill-vittmi ta’ din il-ġlieda spiċċaw bla ras.

Gruppi forensiċi qalu li l-maġġoranza tal-vittmi kellhom parti minn ġisimhom maqtugħ, filwaqt li diversi iġsma ntefgħu f’foss. Għadu mhux magħruf jekk uffiċjali tal-ħabs jew staff tal-pulizija weġġgħux fl-inċident.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend