Ġej ir-riħ…tħassru l-vjaġġi ta’ bejn Malta u Sqallija – One News

Notifiki

Ġej ir-riħ…tħassru l-vjaġġi ta’ bejn Malta u Sqallija

Riħ qawwi, kesħa u maltemp huma tliet kelmiet li wieħed jista’ juża biex jiddeskrivi t-temp f’pajjiżna.

Kawża ta’ dan, il-vjaġġi minn Malta għal Sqallija kellhom jiġu kanċellati minħabba l-kundizzjoni ħażina tat-temp.

Dan ħabbritu l-kumpanija VIRTU Ferries li kellha tikkanċella l-vjaġġi fuq il-baħar tat-Tnejn u t-Tlieta minħabba baħar qawwi.

Ir-rapport tat-temp tal-Uffiċju Meterjoloġiku jbassar li l-baħar qawwi u r-riħ se jibqa’ forza 7 anke matul il-jum tat-Tlieta.

It-temperatura se tinżel għal 7 gradi celcius it-Tlieta filgħaxija ma nżul ix-xemx, iżda t-tbassir jgħid li t-temperatura se titla għal 14-il grad celcius matul il-jum tal-Ħamis.

Jekk kont se tipparkja fejn il-baħar, erġa’ aħsibha darbtejn għax kif jgħid il-Malti l-baħar żaqqu ratba iżda rasu iebsa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend