Jibgħat messaġġi ta’ theddid LILU NNIFSU – żviluppi ġodda fl-investigazzjonijiet dwar l-allegat każ ta’ visas mediċi – One News

Notifiki

Jibgħat messaġġi ta’ theddid LILU NNIFSU – żviluppi ġodda fl-investigazzjonijiet dwar l-allegat każ ta’ visas mediċi

Il-gazzetta Maltatoday żvelat li mill-investigazzjonijiet li għamelt, il-Pulizija sabet li l-Libjan Khaled Ben Nasan, meqjus bħala whistleblower f’dan il-każ, kien jibgħat messaġġi ta’ theddid lilu inifsu.

F’Settembru tal-2016, il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ, wara li l-Libjan allega li l-impjegat taċ-ċivil Neville Gafa kien jitħallas l-eluf ta’ ewro minn ħlasijiet ta’ visas mediċi. Gafa li ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u prezenta numru ta’ libelli kontra ġurnali lokali li ħarġu dawn l-istejjer.

Filwaqt li minn investigazzjoni illi għamlet, il-Pulizija qalet li ma rriżultalha xejn. Meta ħareġ b’dan l-allegat kaz, Ben Nasan qal lill-Pulizija li irċieva numru ta’ messaġġi anonimi ta’ theddid u telefonati fejn allega li minn ċempilu kien Malti.

Però mill-investigazzjonijiet tagħha, l-pulizija sabet li skond ir-rendikont ta’ SIM cards, il-Libjan kien jibgħat messaġġi ta’ theddid lilu nnifsu minn wieħed mis-seba’ mowbajls li kellu. Il-pulizija issa se tgħaddi dawn l-investigazzjonijiet lill-avukat ġenerali. Meta Ben Nasan kien allega li qed jirċievi theddid, il-Partit Nazzjonalista prova jieħu vantaġġ minn dan l-allegat każ.

Bil-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien qal li jzomm lill-Prim Ministru, lill-kummissarju tal-pulizija u l-avukat ġenerali responsabbli jekk jiġri xi ħaga lil Ben Nasan jew lit-tfal tiegħu. Kif kien ġie irrapurtat fil-media fix-xhur li għaddew, minħabba informazzjoni mhix affidabbli, Ben Nasan kellu l-applikazzjoni tiegħu ta’ residenza f’Malta miċħuda għal darba darbtejn, kemm mis-Servizzi tas-Sigurtà kif ukoll mill-pulizija tal-Immigrazzjoni. Ben Nasan li kien jaħdem kemm mal-Gvernijiet ta’ Tobruk kif ukoll ma’ dak ta’ Tripli, sakemm twaqqfu l-kuntatti kollha li kellhom miegħu wara li Ben Nasan affaċċja allegazzjonijiet mill-aktar serji ta’ serq ta’ fondi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend