Trump u r-relazzjoni tiegħu mar-Russja | One News

Notifiki

Trump u r-relazzjoni tiegħu mar-Russja

Il-President-elett Amerikan Donald Trump qal li huwa lest jaħdem mar-Russja u ċ-Ċina, dejjem jekk dawn jikkoperaw.

F’intervista ma’ The Wall Street Journal, Trump qal li s-sanzjonijiet ġodda imposti fuq ir-Russja se jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta’ żmien, iżda ladarba jkun hemm koperazzjoni dawn ikunu jistgħu jitneħħew.

Trump spjega li l-politika One China, li permezz tagħha l-Istati Uniti ma tirrikonoxxix it-Tajwan, tinsab fuq l-aġenda biex tkun negozjata.

Fl-intervista, Trump qal li s-sanzjonijiet fuq ir-Russja jistgħu jitneħħew jekk Moska tgħin lil Washington fil-gwerra kontra l-estremiżmu Iżlamiku u kwistjonijiet oħra.

Dwar Beijing, Trump qal li ċ-Ċina għandha tħalli kumpaniji Amerikani jikkompetu. Sadanittant, kumitat tas-Senat Amerikan se jeżamina l-allegazzjonijiet li r-Russja pruvat tindaħal fl-elezzjoni presidenzjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend