Ħarġa tal-iskola biex jitgħallmu joqtlu r-renni – One News

Notifiki

Ħarġa tal-iskola biex jitgħallmu joqtlu r-renni

Skola fin-Norveġja qed taffaċċja kritika wara li ħadet tfal ta’ ħames snin biex jitgħallmu dwar il-qtil tar-renni għall-ġild tagħhom.

Il-kritika dehret fuq is-sit soċjali facebook wara li l-iskola poġġiet ritratti tal-istudenti jħarsu lejn renna maqtula f’għadira demm. It-tfal dehru ukoll jgħinu fil-proċess biex il-ġild tar-renni li ftit qabel raw jinqatlu jinġarr.

Il-Kap tal-Iskola, Dag Olav Stolan, spjega li l-għan wara din il-ħarġa kien li t-tfal jitgħallmu dwar is-Sami, li huma grupp ta’ nies indiġeni li jgħixu fin-Norveġja u li huma magħrufin għal dan it-tip ta’ xogħol.

Huwa spjega li huwa mportanti li l-istudenti jitgħallmu minn fejn jiġi l-laħam li jieklu u li se jkompli jorganizza dan it-tip ta’ ħruġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend