Ta' 19-il sena, jinqabad b'dokumenti foloz malli jirfes hawn Malta | One News

Notifiki

Ta’ 19-il sena, jinqabad b’dokumenti foloz malli jirfes hawn Malta

Frank Agyei, li għandu 19-il sena u li ġej mill-Ghana ngħata senteza ta’ tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena, wara li ġie akkużat li kellu dokument tal-ivjaġġar u karta tal-identità foloz.

Il-ġuvni għandu permess tar-residenza Taljana u nqabad b’dawn id-dokumenti mal-wasla tiegħu hawn Malta, meta kien għadu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend