Obama jħabbar bidla wara 20 sena | One News

Notifiki

Obama jħabbar bidla wara 20 sena

Il-Kubani li sa issa jidħlu l-Istati Uniti mingħajr viża, mhux se jibqgħu jingħataw residenza fl-Istati Uniti.

Ħabbar dan il-President Amerikan Barack Obama jiem qabel ma jtemm il-kariga tiegħu.

Spjega li din il-politika ilha fis-seħħ għoxrin sena, u issa l-liġi se tkun konsistenti kif inhi ma’ persuni oħra barranin li jidħlu l-Istati Uniti.

Il-Gvern ta’ Kuba laqa’ din id-deċiżjoni, u qabel li se jaċċetta lura lil dawk il-Kubani li jiġu deportati mill-Istati Uniti minn issa ’l quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend