Ippreżentati €50,000 lil għaqdiet tal-annimali – One News

Notifiki

Ippreżentati €50,000 lil għaqdiet tal-annimali

€50,000 f’donazzjonijiet tqassmu lil għaqdiet non-governattivi u santwarji tal-annimali.

B’kollox, minn dawn il-fondi, ibbenefikaw mal-tmien għaqdiet.

Dawn il-flus se jkunu qed jintużaw biex ikomplu jgħinu lill-animali u jwettqu anki proġetti. Madanakollu l-ikbar sfida tibqa’ dik li jkollhom iktar voluntiera.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, faħħar il-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet.

Tkellem ukoll dwar l-Animal Welfare u qal li bħal parti mir-ristrutturar dan id-dipartiment beda jaħdem f’Għawdex ukoll.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend