Unuri għal sportivi nazzjonali – One News

Notifiki

Unuri għal sportivi nazzjonali

SportMalta flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkunu qed jorganizzaw edizzjoni oħra ta’ Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, serata li tkun mistennija ħafna mid-dilettanti tal-isport lokali speċjalment mill-atleti, coaches u amministraturi Maltin.

Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali għandhom storja ta’ ’l fuq minn 55 sena fejn dawn l-għażliet żviluppaw minn sena għal sena, sa’ mill-ewwel edizzjoni, li rat lil Wilfred Pirotta fl-1960 jirbaħ l-unur tal-Isportiv tas-sena, sal-lum fejn dan l-avveniment kiber fil-popolarità tiegħu kemm bil-parteċipazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet u Federazzjonijiet, il-ġurnalisti tal-isport u anke l-pubbliku ġenerali.

F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħataw id-dettalji għall-edizzjoni ta’ din is-sena, tkellem is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius li wera s-sodisfazzjon tiegħu li għal sena oħra żewġ entitajiet separati qed jaħdmu flimkien għal għan wieħed.  

Huwa kompla jgħid li f’pajjiż bħal Malta, li huwa ċkejken fid-daqs u r-riżorsi, ma jistax ikun mifrud bi tribujiet.  Huwa enfasizza wkoll li għandu jkun hemm rispett reċiproku bejn l-atleti, l-coaches, l-amministraturi u l-ġurnalisti.  Dan l-aħħar sena esperjenzajna diversi inċidenti li tappnu lix-xena sportiva f’pajjiżna imma dan m’għandux ixejjen ċ-ċelebrazzjoni li ssir permezz ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend