"Lanqas nista' nixrob, aħseb u ara niekol" | One News

Notifiki

“Lanqas nista’ nixrob, aħseb u ara niekol”

Il-kuntistabbli żagħżugħ li l-ġimgħa li għaddiet ġie imsawwat f’San Ġiljan qal li sa issa għadu mhux iħoss sa nofs ħalqu u fil-Qorti irrakonta l-esperjenza trawmatika li għadda minna.

Christian Agius sostna li dakinhar ma kienx xogħol u meta lemaħ karozza iserrep u ssuq b’mod perikoluż mar biex jiġbed l-attenzjoni tas-sewwieq.

Is-sewwieq li issa huwa l-akkużat f’dan il-każ allegatament aggredixxa lill-pulizija.

Intqal li l-imputat Anġlu Attard t’erbgħin sena mill-Birgu studja l-arti marzjali u l-kuntistabbli spjega li għadu s’issa bilkemm jista’ jixrob u jiekol.

L-akkużat fil-Qorti, viżibilment deher li ma kellu ebda rimors ta’ l-att li wettaq.

Aqra aktar: Jien nibki u hu jsawwtu, imnalla ma kienx hemm ibni- It-tfajla tal-Pulizija aggredit

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend