Birrerija restawrata u mibdula f'mużew | One News

Notifiki

Birrerija restawrata u mibdula f’mużew

Il-birrerija antika tal-Farsons se tkun qed tingħata dehra ġdida hekk kif l-Awtoritá tal-Ippjanar approvat li jsir restawr fuq din il-Birrerija storika.

Wara dan ir-restawr din il-binja se tinbidel f’mużew u ċentru għall-viżitaturi li jinkludi restoranti u uffiċċji. Din il-birrerija ġiet disinjata minn Lewis Farrugia u William Binnie.

L-innovazzjoni tagħha tinsab fl-istruttura li tikkonsisti minn qafas tal-konkrit, flimkien mal-enfasi li saret mill-perit fuq id-dawl naturali u l-ventilazzjoni. L-istruttura ta’ din il-binja hija ukoll meqjusa bħala simbolu tat-tibdil li ġabet magħha r-revoluzzjoni industrijali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend