Tieħu r-raġun wara li ma ngħatatx ir-ritratti tat-tieġ | One News

Notifiki

Tieħu r-raġun wara li ma ngħatatx ir-ritratti tat-tieġ

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet Avviż Pubbliku li bih indentifikat u għarrfet lill-pubbliku li negozjant ma onorax id-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi.

In-negozjant bl-isem ta’ Vincent Agius ta’ Agius Photo Studio, ma onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet tal- Konsumaturi.

Il-konsumatriċi kienet ordnat pakkett li jinkludi ritratti, album, ritratti ta’ qabel u ta’ wara t-tieġ, żewġ albums żgħar u d-DVD tat-tieġ. Għalkemm ġew konsenjati d-DVD u xi affarijiet oħra, r-ritratti qatt ma ġew konensjati għax ma kinux lesti.

Il-bejjiegħ ġie ordnat iħallas is-somma ta’  €1,300 .

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend