Iħallina Rennie Vella, PERSONALITÀ MAĦBUBA | One News

Notifiki

Iħallina Rennie Vella, PERSONALITÀ MAĦBUBA

Nazzareno Vella jew kif inhu magħruf ma’ ħafna minn dawk li kienu jsegwuh fuq is-sett tat-televiżjoni, Rennie Vella. Rennie miet wara li kien ilu għal diversi snin maħkum minn marda li iżda hu ġġilidha bi qlubija kbira.

Bla dubju Rennie kien personalità ferm maħbuba fost it-telespettaturi wara li kien itella’ diversi programmi sempliċi iżda ferm informattivi.

Rennie kien ilu sa mill-elfejn u tlieta jippreżenta programmi fuq ONE u sa ftit tax-xhur ilu kien għadu għaddej jippreżenta flimkien ma’ martu Paulanne.

Iżda Rennie mhux minn dejjem kien jiffaċja l-kameras.

Hu beda fix-xogħol tal-ospitalità u saħansitra kien ikanta.

Rennie kien reliġjuż u jħobb jgħin il-proxxmu.

Kif kien stqarr meta kien viċin il-mewt fl-elfejn u tnejn, sab sens ta’ rispett minn dawk li kienu jaqsmu ħajtu.

“Iktar napprezza l-imħabba tal-familja, pereżempju r-rispett tal-mara tiegħi, il-ġewinità tal-imħabba, tkun taf min vera iħobbok,” kien qal Rennie meta intervistat minn Wayne Aquilina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend