Grupp teatrali magħruf fid-dinja kollha se jkun fin-Notte Bianca 2017 | One News

Notifiki

Grupp teatrali magħruf fid-dinja kollha se jkun fin-Notte Bianca 2017

In-Notte Bianca, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Fondazzjoni Valletta 2018 għandhom il-pjaċir li jħabbru l-parteċipazzjoni tal-grupp teatrali Spanjol La Fura dels Baus bħala parti mill- festival ta’ din is-sena. Il-grupp teatrali magħruf d-dinja kollha se jorganizza performance workshop l-Belt, li se jsir mit-23 ta’ Settembru sas-7 ta’ Ottubru 2017, id-data tan-Notte Bianca.

Il-kollaborazzjoni qed titmexxa mid-direttur artistiku tan-Notte Bianca Valletta, Sean Buhagiar. “Dan huwa mument speċjali ħafna għalina. Hija l-akbar kisba tal-festival fejn tidħol il-kooperazzjoni internazzjonali. Kien ta’ unur għalina li La Fura juru l-interess tagħhom l- Festival għax dan juri li l-għanijiet tagħna huma konformi mal-istandards għoljin tax-xena internazzjonali,” spjega Buhagiar, id-Direttur Artistiku tan-Notte Bianca Valletta.

“La Fura ġew deskritti mill-kritiċi bħala wieħed mill-aħjar gruppi tat-teatru u spettakli f’ħin dirett ta’ wara l-gwerra. Dan, u r-rieda tagħhom li jibqgħu kontinwament aġġornati, jagħmluni ferħan ħafna li se jieħdu sehem l-programm tagħna. Wara diskussjonijiet kreattivi twal, għażilna l-mudell ta’ performance workshop bħala bidu tal-kollaborazzjoni tagħna, kollaborazzjoni li nittamaw se nkomplu niżviluppaw l-ġejjieni, għax nemmnu li l-esperjenza tal-parteċipanti tista’ tħalli wirt għas-settur artistiku lokali. Nirringrazzja lill-Fondazzjoni Valletta 2018 u lill- kollaboraturi kollha li taw il-kontribut tagħhom biex dan ikun possibbli,” kompla jgħid.

Il-grupp teatrali La Fura dels Baus twaqqaf f’Barċellona -1979, u minn dak iż-żmien bena reputazzjoni tajba ħafna għat-tip ta’ teatru li jipproponi, li juża spazji teatrali mhux tas-soltu u jnaqqas il-kon ni bejn l-udjenza u l-attur. Bħala kumpanija li tagħmel ir-riċerka tagħha hi stess, ipparteċipat f’bosta dixxiplini differenti bħal pereżempju t-teatru tat-triq, l-opra, iċ-ċinema, il-macroshows u anke preżentazzjonijiet tal-prodotti. Matul il-karriera diversa tagħhom La Fura fetħu l-Olimpijadi ta’ Barċellona u ħadu sehem f’xi wħud mill-akbar festivals tal-arti u tal-kultura d-dinja kollha. Kif jgħid il-websajt tagħhom, La Fura dels Baus huwa eċċentriċità, innovazzjoni, adattament, ritmu, evoluzzjoni u trasgressjoni.

Il-workshop ta’ La Fura dels Baus f’Malta huwa opportunità unika għall-artisti lokali biex jidħlu -ispirtu kreattiv ta’ din il-kumpanija prestiġjuża, imsejjaħ mill-kritiċi bħala l-Lingwa Furana. L-artisti lokali ta’ dixxiplini varji għandhom l-opportunità li jipparteċipaw f’dawn il- workshops. Il-workshop huwa mmirat lejn l-atturi, ż-żeffiena, l-akrobati, it-tekniċi tad-dawl, ir-riggers, l-artisti tal-vidjow, il-mużiċisti, l-artisti viżwali, id-disinjaturi tas-sett, l-inġiniera u dawk kollha li jħobbu x-xogħol tal-palk. Il-workshop se jiffoka fuq l-integrazzjoni ta’ dawn id-dixxiplini varji bħala parti mill-lingwa proprja tal-kumpanija, li hija bbażata fuq is- sinerġija bejn it-tekniki u l-perspettivi differenti tax-xena teatrali. Il-workshops se jwasslu għal spettaklu li jippreżenta dan ix-xogħol, li jkun miftuħ għall-pubbliku l-lejla tan-Notte Bianca.

Il-parteċipanti interessati għandhom jibagħtu CV lil [email protected] sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Jannar 2017. La Fura u Notte Bianca Valletta se jagħżlu l-applikanti fuq il-bażi tas-CV artistiku tagħhom. L-applikanti jridu jkunu disponibbli minn 5 sa 8 sigħat kuljum mit-23 ta’ Settembru sas-7 ta’ Ottubru. L-applikanti li jintgħażlu se jiġu nnoti kati sal-31 ta’ Marzu 2017. Għal aktar tagħrif dwar il-workshops jekk jogħġbok żur il-websajt www.nottebianca.org.mt. Il-workshop se jsir b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Valletta 2018, School of Performing Arts tal-Università ta’ Malta u l-EU Collective Plays! tal-Proġett Ewropa Kreattiva.

Barra minn hekk, infetħu wkoll l-applikazzjonijiet għall-partijiet interessati l-oħra kollha li jixtiequ jieħdu sehem n-Notte Bianca li jmiss. L-applikazzjonijiet jistgħu jimtlew online fuq www.nottebianca.org.mt jew www.maltaculture.com, jew jitwasslu personalment – indirizz tal-Kunsill Malti għall-Arti, 16 Scaglia, Triq Mikiel Anton Vassalli, Valletta, sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Frar. L-applikanti li jintgħażlu se jiġu nnoti kati sas-17 ta’ Marzu.

In-Notte Bianca hija organizzata mill-Kunsill Malti għall-Arti. Għal aktar tagħrif dwar il- workshop ta’ La Fura u n-Notte Bianca 2017 jekk jogħġbok żur il-websajt www.nottebianca. org.mt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend