Festivals Maltin jista’ jkollhom timbru Ewropew – One News

Notifiki

Festivals Maltin jista’ jkollhom timbru Ewropew

Sentejn ilu sar proġett pilota f’pajjiżna, bl-isem EFFE; Europe For Festivals, Festivals For Europe. Kien proġett li kiber, hekk kif festivals lokali kkonsolidaw l-istatus kreattiv u l-ispettru internazzjonali tagħhom. Dan minħabba l-possibbiltà ta’ networking għal shubija artistika internazzjonal, li jiggarantixxi kwalità artistika stupenda.

Is-sabiħ ta’ proġett bħal EFFE hu li festivals kbar, bħal m’hu Fringe ta’ Edinburgh, jissieħeb ma’ festivals żgħar, bħall-festival For Music In Gozo.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet illum, tħabbru dawk li jissejħu ‘Malta hub experts’, li se jkunu Denise Mullholand, David Felice u Andrew Alamango.

Dawn huma tlieta minn 300 espert Ewropew li sa Mejju li ġej se jagħzlu liema festivals se jkollhom it-timbru EFFE. Dawn mbaghad jitilgħu Wiesbaden fil-Ġermanja, għal laqgħa ta’ networking. B’kollox hemm spazju għal 250 festival biex japplikaw.

Biex festival ikollu t-timbru EFFE, irid ikollu l-involviment tal-komunità, turija ta’ kapaċità artistika u tema Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend