Ara kif se taħdem AMBER ALERT – ‘fażi ġdid għall-Pulizija Maltija’ – One News

Notifiki

Ara kif se taħdem AMBER ALERT – ‘fażi ġdid għall-Pulizija Maltija’

Kienet inawgurata uffiċjalment l-AMBER Alert System, sistema nazzjonali t’allert dwar każijiet ta’ tfal neqsin li jkunu fil-periklu u ta’ ħtif.

Kif spjega Frank Ahern, President ta’ AMBER Alert Europe, se jkun qed isir taħriġ lill-Pulizija biex jaqsmu l-frutiera u jaħdmu mal-publiku meta ħajjet it-tfal ikunu f’riskju.

Dan ma japplikax biss għal tfal li jkunu rrapportati nieqsa imma għal kwalunkwe riskju immedjat li jistgħu jsibu rwieħhom fih it-tfal.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, din ġiet desriktta bħala “fażi ġdida għall-evoluzzjoni tal-Pulizija ta’ Malta”.

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela spjega li hija sistema attiva f’sittax-il pajjiż, u tipprovdi pjattaforma teknoloġika f’erba pajjiżi Ewropej, li huma l-Olanda, Slovakkja, il-Lussemburgu u Malta. Appella biex dawk il-pajjiżi li m’għandhomx din is-sistema fis-seħħ, jieħdu l-eżempju.

amber-alert

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend