Żvelati artikli li juru li Azzopardi ilu jiddefendi d-deal tal-Lowenbrau – One News

Notifiki

Żvelati artikli li juru li Azzopardi ilu jiddefendi d-deal tal-Lowenbrau

Il-Ministru Owen Bonnici irreaġixxa għall-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Jason Azzopardi li matulha kien skomdu meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar il-każ tal-Lowenbrau, fejn f’konferenza tal-aħbarijiet apparti l-Ministru Bonnici żvela artikli li juru li Azzopardi ilu jiddefendi d-deal tal-Lowenbrau.

Il-Ministru Owen Bonnici, f’konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet ftit tal-ħin, żvela żewġ artikli tal-gazzetta li lura lejn Settembru tal-2012 li juri li ħeba informazzjoni u ma qalx il-verità.

Meta Jason Azzopardi meta kien Ministru permezz tal-communications coordinator iddefenda dan il-każ permezz ta’ artikli fuq il-gazzetti.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li Simon Busuttil ma jistax jibqa’ skomdu u għandu jieħu azzjoni fil-konfront ta Jason Azzopardi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend