Għall-ewwel darba, mużika ġdida ta' kompożitur Malti fil-Valletta International Baroque Festival | One News

Notifiki

Għall-ewwel darba, mużika ġdida ta’ kompożitur Malti fil-Valletta International Baroque Festival

Il-festival tal-mużika barokka li jsir fil-Belt Valletta kull Jannar issa wasal fil-ħames edizzjoni tiegħu. Minn sena għall-oħra dan l-avvenment żied fil-popolarità. Illum il-ġurnata jiġbed udjenza ta ‘l fuq min sitt elef spettatur u sar kalamita għall-iktar mużiċisti rinomati fil-kamp tal-mużika Barokka madwar id-dinja.

Fost oħrajn isir ‘Inspired by Baroque’, li fih tindaqq mużika ta’ kompożituri li ġew wara il-perjodu Barokk, però l-mużika tagħhom ġiet influwenzata b’xi mod mil-era Barokka.

Sas-sena l-oħra il-kompożituri magħżulin għall-dan il-kunċert kienu dejjem barranin. Din is-sena għall-ewwel darba il-kunċert ser jinkludi xogħol tal-kompożitur kontemporanju Malti Reuben Pace.

Dan kien possibli għaliex il-bord tal-festival taħt it-tmexxija tas-Sur Kenneth Żammit Tabona ħa l-inizjattiva illi jikkumissjona dan ix-xogħol.

Il-biċċa mużikali in kwistjoni tieħu il forma ta concertino għall-gitarra, harpsichord u orkestra. F’concertino l-istrumenti solisti (f’dan il-kaz il gitarra u l-harpsichord) jalternaw b’materjal mużikali ma’ l-orkestra għalkemm ikun hemm mumenti fejn l-istrumenti solisti idoqqu fllimkien ma l-orkestra.

Dan il-concertino partikolari huwa maqsum f’sitt movimenti qosra u huwa ispirat miż-żewġt itfal tal-kompożitur stess – Rhys li għandu ħdax il-sena, u Russell li għandu tmien snin.

Mingħajr ma nidħlu f’dettalji tekniċi dwar din l-ispirazzjoni, biżejjed insemmu li wieħed mill-movimenti jismu ‘courante’ (li tfisser ġiri)u li wkoll kienet danza popolari fil-perjodu Barokk.

Apparti x-xogħol ta’ Pace, il-kunċert se jkun fih mużika minn kompożituri ta’ fama mondjali bħall Arvo Pärt, Gustav Mahler, Ottorino Respighi u Astor Piazzola.

Fix-xogħol ta Pace, il-gitarra se tindaqq mill-gitarrista ta’ fama mondjali Johanna Beisteiner u l-harpsikordista Maltija Joanne Camileri. L-Orkestra Filharmonika ta’ Malta ser tkun taħt id-direzzjoni ta Michelle Castelletti li wkoll hija Maltija pero tgħix Manchester l-Ingilterra.

‘Inspired by Baroque’ ser isir fis-26 ta Jannar fis-sebgħa u nofs ta filgħaxija. Biljetti jistgħu jinkisbu online jew mill box office tat-Teejatru Manoel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend