SPARATURA FLORIDA: Arrestat is-suspettat li fetaħ in-nar fl-ajruport – One News

Notifiki

SPARATURA FLORIDA: Arrestat is-suspettat li fetaħ in-nar fl-ajruport

Ġie arrestat ir‑raġel suspettat li fetaħ in‑nar fl-ajruport fin‑Nofsinhar ta’ Florida u li bl-isparatura ħalla ħames persuni mejta u tmienja oħra midruba.

Ir-raġel hu Esteban Santiago, ta’ sitta u għoxrin sena li kien suldat fl‑Iraq.


Skont ix‑xhieda, Santiago beda jimmira direttament f’ras il‑vittmi f’Terminal 2, fejn jinġabru l‑bagalji.

Sa issa, rriżulta li s-suspettat kien ibati minn problemi mentali u fix‑xhur li għaddew mar għall‑kura fi sptar psikjatriku.

Dan minkejja li l-uffiċjali għadhom ma eskludewx li dan seta kellu mottivi ta’ terroriżmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend