Tat-Times imgiddba – One News

Notifiki

Tat-Times imgiddba

B’referenza għall-artiklu ntitolat “Speaker to spend €10,000 on official cufflinks” minn Ivan Camilleri li deher f’The Times, illum, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ħareġ stqarrija bi spjegazzjoni u jispjega realtà li l-artiklu tat-Times jinjora.

L-istqarrija tispjega li fir-reklutaġġ ta’ impjegati l-Uffiċċju tal-Ispeaker għadu juża l-proċeduri applikabbli għall-impieg mas-Servizz Pubbliku. Tant hu hekk li għadu jsir rikors lejn il-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku kif ukoll lejn il-People’s and Standards Division fir-rigward tal-proċessi ta’ għażla li għaddejjin bħalissa.

Dan qiegħed isir għaliex l-Uffiċċju jħoss li bl-awtonomija waqgħet iktar responsabbiltà fuqu f’dan ir-rigward u allura jrid ikun ċert li jimxi ma’ regoli stabbiliti li jassiguraw il-korrettezza.

Għal dak li għandu x’jaqsam max-xiri tal-mementos, ingħad li l-Uffiċċju mexa bl-aktar mod trasparenti u korrett u dan billi ġiet ippubblikata notifika fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta’ Diċembru 2016 (Call for Quotations for the supply of HOR Cufflinks complete with Gift Box HOR/Q6/2016 published in the Government Gazette on 2 December 2016), l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott rikjest ġew imqiegħda għall-ispezzjoni pubblika u wkoll ġiet konsultata l-awtorità relattiva dwar il-proċedura li għandha tiġi applikata f’kull fażi tal-proċess.

Rigward il-punt dwar il-prestiġju ta’ dawn il-mementos, l-uffiċju tal-ispeaker spjega li mhux l-ewwel darba li fi żjarat inter-parlamentari, ġie użat dan il-prodott partikolari. Barra minn hekk wieħed irid jieħu inkonsiderazzjoni li f’numru kbir ta’ istituzzjonijiet jeżistu regoli li ma jippermettux skambju ta’ rigali ta’ iktar minn ċertu valur, ħaġa li dan l-Uffiċċju qed jipproponi li tidħol fil-kodiċi ta’ etika li hemm anness mal-Abbozz dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend