Jason Azzopardi ried birra u ma setax | One News

Notifiki

Jason Azzopardi ried birra u ma setax

Jason Azzopardi kien Ħal Qormi u qabdu l-għatx. Xtaq birra, imma ma setax. Seta’ għadda l-fabbrika tal-Lowenbrau, dik li fiha aktar minn 21,000 metru kwadru, imma din ma baqgħetx hemm b’daqqa ta’ pinna.

Għal mument kien nesa li minflok il-fabbrika li kellha suppost tagħmel il-birra biss, u forsi xi flixkun ilma jew luminata, illum hemm ma nafx kemm hemm il-stabbilment. Ħwienet ta’ ħabib tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista, tant li jagħti l-loans lill-Partit biex jibqa’ għaddej u forsi aktar …

Għal mument kien nesa, għax tant iparla fuq ħaddieħor li din l-art li tiswa aktar minn €8miljuni taha lil dan il-ħabib diletant tal-cabin cruisers, (u s-Segretarju Ġenerali tal-PN) għal madwar €700,000! Mhux bargain jew?!

Ma setax jiftakar li kienet responsabbiltà tiegħu mill-bidu sal-aħħar.

Miskin nesa wkoll li ftit jiem qabel il-Milied, rapport tal-Awditur Ġenerali qalu li għandu jerfa’ r-responsabbiltà fuq din il-froġa, u għax kien hemm ġurnalist li mar ifakkru fuqha, fid-dawl li la l-każ kien fuqu, miskin kien nesa, u ma weġibx għax qal li kellu l-Parlament. Anzi fl-ispirtu tal-Milied qawwi li kellu  sieħbu l-Kap tal-Oppożizzjoni, li ħareġ jaqbeż għalih, spiċċa attakka lil ġurnalist, għax hu jemmen fit-trasparenza, jemmen li l-media għandha tagħmel xogħolha, imma skont fejn jaqbel lilu biss!

Dan Jason Azzopardi għalih xejn mhu xejn. Kollox jibqa’ għaddej la jkun fuqu. Imbilli ta garaxx Santa Luċija, u garaxx il-Belt u gabbana l-Mellieħa, u naqra ta’ ħanut ix-Xemxija, u mbilli njora parir ta’ Segretarju Permamenti biex il-Gvern xtara post il-Belt mingħajr ma raħ u mbilli tħallsu €700,000 flok €8miljuni għal biċċa art fejn suppost kellha ssir il-birra biss? Kollox jgħaddi.

L-unika hijack li Azzopardi għandu jinkwieta fuqu mhux dak li seħħ fit-23 ta’ Diċembru li għadda u li bagħat lil sieħbu fl-uffiċċju jiddefendi lil akkużat flok l-avukat tal-fqar, iżda l-hijack li għamel hu u l-Ministri sħabu ta’ madwaru tal-pajjiż u li sal-llum għadhom ħerġin id-dettalji dwaru, iżda ma jlissinx kelma fuqu, għax tassew jemmen fil-politika onesta.

Tinkwieta xejn Dr Azzopardi, naħseb hemm ħanut jew tnejn minn fejn tixtri birra minn fejn tajt dik il-biċċa art, u hemm fejn tiekol ukoll, għax ma jaqbilekx tixrob fuq stonku vojt!

Ta’ QabelLi Jmiss
Nigel Vella huwa Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u ilu attiv fil-politika minn mindu kellu 16–il sena. Ħadem f’bosta Għaqdiet bħall-FŻL u l-għaqda tal-istudenti PULSE. Kitbitu se tmur lil’ hinn mill-politika li zgur ser tkun it-tema li tiddomina l-blog tiegħu, iżda permezz tal-kliem sempliċi jridu jitwasslu opinjonijiet oħra fuq materji oħra. Li hu zgur huwa li mhux se jkun hemm tidwir mal-lewża u logħob bil-bżalu.

Send this to a friend