Ara l-qawwa tal-baħar fid-Dwejra – illum ir-riħ JIŻDIED – One News

Notifiki

Ara l-qawwa tal-baħar fid-Dwejra – illum ir-riħ JIŻDIED

Manny Buhagiar, li nzerta kien id-Dwejra lbieraħ meta seba’ persuni kellhom bżonn jingħataw l-assistenza, qal li qatt ma ra riħ qawwi daqs ilbieraħ f’dawk l-inħawi. Sostna li bilfors kellu jsir xi ħaġa biex tkun protetta s-sigurtà tat-turisti, li ma kellhomx idea kemm setgħat tkun perikoluża s-sitwazzjoni ħfejn il-blat. Qal li jistgħu iqisu lilhom infishom b’xorti tajba ħafna li ma spiċċawx ittieħdu mill-mewġ.

Illum ukoll hemm twissija ta’ riefnu sa 50 mil nawtiku madwar Malta. Ir-riħ huwa majjistral forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7, li jsir Majjistral it-Tramuntana forza 7 għal 8 lokalment qawwa ta’ riefnu forza 8. Iktar tard isir qawwa ta’ riefnu forza 8.

“Kelli niġri kemm niflaħ biex ma nispiċċax bil-baħar fiż-żarbun” kiteb Buhagiar, “imma dawn huma l-filmati”.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend