AĠĠORNAT: Splużjoni barra Qorti fit-Turkija… erba’ persuni jitilfu ħajjithom – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Splużjoni barra Qorti fit-Turkija… erba’ persuni jitilfu ħajjithom

Erba’ persuni tilfu ħajjithom wara splużjoni  barra bini tal-Qorti fil-belt ta’ Iżmir fit-Turkija.

Rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali qalu li l-allegat żewġ aggressuri nqatlu filwaqt li persuna ċivili u pulizija wkoll tilfu ħajjithom.

Għaxar persuni oħra ndarbu bl-isplużjoni li saret permezz ta’ karozza bomba.

Intqal ukoll li t-tielet persuna wara dan l-attakk għadu ma nqabadx u l-isplużjoni saret eżatt fejn l-entratura minn fejn jgħaddu l-ġudikanti u l-prosekuturi.

Fl-aħħar xhur, it-Turkija ntlaqtet minn mewġa t’attakki.

Mal-bidu tas-sena, attakk terorristiku ħasad il-ħajja ta’ disgħa u tletin persuna fi stabbiliment f’Istanbul, bil-President Tork Recep Tayyip Erdogan jgħid li dawn l-attakki qed jippruvaw joħolqu tensjoni fil-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend