“Small Willy Boyfriend” spiċċa jintuża fir-riklami – One News

Notifiki

“Small Willy Boyfriend” spiċċa jintuża fir-riklami

Minn suġġett ta’ ċajta għal rappreżentant ta’ kumpanija….”qas temminhom!”
Kien dan il-kumment li tagħna David Aquilina, li f’temp ta’ ftit jiem sar sensazzjoni fuq l-internet wara ċajta li għamlulu sħabu.

“Għadek ma tafx kemm ċempluli u kitbuli nies” kien qalilna, b’reazzjoni għaċ-ċajta ta’ sħabu, li ġabu ritratt tiegħu fuq Facebook, taparsi l-eks tfajla tiegħu kitbet fuq sit ta’ riċiklaġġ u forums oħra.

Issa qalilna li kellmitu kumpanija tal-gaming u sar protagonist ta’ riklam. David huwa systems administrator, u dan ir-riklam għamlu wara li avviċinatu l-kumpanija tal-gaming fuq inizjattiva purament tagħha.

blur-bf

Ma kinitx l-eks tfajla tiegħu li kitbet dak il-kliem. Anzi, lanqas biss jaf min hi, għax huwa profil fittizju. Keinet ċajta ftit goffa li wasslet biex l-istorja nqrat kullimkien. Jgħidilna li saħansitra kitbulu mill-Kanada.

B’xorti tajba David jaf jieħu ċajta. Tant hu hekk li kompla jgħidilna, naturlament biċ-ċajt, li “din il-kumpanija offrietli kenn ġdid.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend