Se jsir restawr fil-kappella ‘Ta’ Bernarda’ li għandha 350 sena – One News

Notifiki

Se jsir restawr fil-kappella ‘Ta’ Bernarda’ li għandha 350 sena

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar approvat xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata u l-ħitan ta’ ġewwa ta’ kappella ddedikata lill-Assunzjoni fil-Għargħur. Din hija kappella li għandha 350 sena u li tinsab fi Triq il-Kbira. Hija magħrufa bħala Ta’ Bernarda għax kienet ta’ ċertu Bernarda Cauchi.

Fost oħrajn se jitneħħa ħaxix ħażin mill-faċċata, se titranġa ż-żebgħa, titneħħa l-moffa u tingħata trattament lil ġebel li qed jiddeterjora. Se jintlew ukoll spazji li nħolqu fil-ġebel biż-żmien.

naxxar

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend