Qed ipoġġu wiċċ Matthew mal-karozzi tagħhom – One News

Notifiki

Qed ipoġġu wiċċ Matthew mal-karozzi tagħhom

Poġġejt ir-ritratt ta’ wiċċek fuq wara tal-karozza tiegħi għax naf kemm ma kellekx grazzja magħha. Kiteb hekk ħabib kbir ta’ Matthew Azzopardi, żagħżugħ ta’ 26 sena li sfortunatament kien l-ewwel vittma ta’ inċident tat-traffiku ta’ din is-sena.

Sieħbu Anton Farrugia fil-messaġġ tiegħu fuq is-sit soċjali Facebook jgħid li waqt li kien fi triqtu lura lejn id-dar, ra aktar sewwieqa li kellhom l-istess stampa mwaħħla mal-vettura tagħhom.

“Żgur li qatt ma kont temmen li qatt se jiġri hekk iżda sirt LEĠĠENDA”

Matthew tilef ħajtu ħamest ijiem ilu għall-ħabta tad-9:50 ta’ filgħaxija wara li l-mutur li kien qed isuq fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta kellu impatt ma’ vettura oħra. Hu ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard tul il-lejl tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li ġarrab.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend