Min jgħix fi triq prinċipali huwa f’riskju ikbar li jkollu d-dimensja – One News

Notifiki

Min jgħix fi triq prinċipali huwa f’riskju ikbar li jkollu d-dimensja

Nies li jgħixu qrib toroq prinċipali għandhom probabiltà ikbar li jkollom id-dimensja. Dan skont riċerka ppublikata fil-ġurnal The Lancet.

Saħansitra 11% tal-każijiet ta’ dimensja kienu fost nies li jgħixu ħamsin metru qrib triq prinċipali. Jista’ jkun li t-traffiku qed jikkaġuna din il-marda fil-moħħ.

Riċerkaturi osservaw żewġ miljun persuna f’Ontario, il-Kanada, fuq medda ta’ ħdax-il sena bejn l-2001 u l-2012. Ikkonkludew li t-tniġġiż fl-arja u t-traffiku storbjuż jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-abilitajiet tal-moħħ.

Sabu li dawk li jgħixu 50 metru qrib triq prinċipali għandhom 7% aktar ċans li jkollhom id-dimensja. Dawk li jgħixu bejn 50 u 100 metru bogħod għandhom probabiltà ta’ 4% u dawk li jgħixu bejn 101 u 200 metru għandhom probabiltà ta’ 2%.

Ir-riċerka tikkonsidra wkoll fatturi bħall-faqar, obeżità, livelli ta’ edukazzjoni u jekk il-persuna tpejjipx jew le.

Esperti Ingliżi jemmnu li dawn l-osservazzjonijiet huma ta’ min jistudjahom sew. Fid-dinja hawn ħamsin miljun persuna bid-demensja. Fl-2015 kien stmat li 6,000 persuna kellhom id-dimensja hawn Malta, bin-numru mistenni jitla’ għal 10,000 sal-2030.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend