FILMAT: Arrestati wara li attakkaw persuna b'diżabilità u xandru l-filmat fuq Facebook | One News

Notifiki

FILMAT: Arrestati wara li attakkaw persuna b’diżabilità u xandru l-filmat fuq Facebook

Erba’ persuni ġew arrestati f’Chicago dwar filmat fuq is-sit soċjali Facebook li xxandar dirett attakk fuq persuna b’diżabilità.

Fil-filmat jidher raġel b’diżabilità jiġi mżeblaħ u saħansitra jingħata bis-sieq fuq rasu.

Il-pulizija qalet li dan ir-raġel spiċċa bi ħwejġu mqattgħin u b’xagħru mqaxra wara li l-allegat aggressuri attakawh b’sikkina.

Intqal ukoll li r-raġel ġie mġiegħel jixrob minn toilet waqt li l-aggressuri qagħdu jgħadduh biż-żmien.

Fil-filmat jinstema’ kliem dispreġjattiv fil-konfront tal-President elett Donald Trump u nies bojod.

Rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali sostnew li l-vittma attakkata biswit binja inżammet bħala ostaġġ għal jum jew anki jumejn.

Sadanittant kelliem għall-kumpanija Facebook qalet li l-filmat tneħħa ftit tal-ħin wara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend