30,000 persuna bid-dijabete jibbenefikaw minn tliet miżuri li tħabbru fil-baġit – One News

Notifiki

30,000 persuna bid-dijabete jibbenefikaw minn tliet miżuri li tħabbru fil-baġit

Mill-ewwel jum tal-2017, mat-30,000 pazjent f’Malta li għandhom id-dijabete, qed jibbenefikaw minn 3 mizuri mħabbra fil-baġit : nuċċali tal-vista, antibijotiċi u kura dentali. Dawn kollha mingħajr ħlas.

Il-pazjenti bil-karta r-roża diġà kienu qed jibbenefikaw minn dawn il-miżuri, iżda b’deċiżjoni li kienet ittieħdet lura fl-2012, dawk bil-karta s-safra kienu qed jitilfu dawn is-servizzi b’xejn.

Issa, b’investiment iehor ta’ żewġ terzi ta’ miljun ewro, il-pazjenti kollha tad-dijabete, kemm tal-karta r-roża u kif ukoll tal-karta s-safra, se jibbenefikaw.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fakkar fl-istrateġija nazzjonali għall-pazjenti bid-dijabete li tnediet f’Novembru tal-2015, li tindirizza l-isfidi li jħabbtu wiċċhok magħhom dawn il-pazjenti.

Sostna li l-prevenzjoni, bħal f’kull ħaġ’oħra, tibqa’ kruċjali, u l-aħjar modi kif wieħed jippreveni d-dijabete, huma dieta tajba u eżercizzju fiżiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend