Żviluppi ġodda dwar l-attakk f'Berlin | One News

Notifiki

Żviluppi ġodda dwar l-attakk f’Berlin

Tuneżin ieħor jinsab miżmum mill-pulizija Ġermaniża fejn qed jiġi interrogat b’rabta mal-attakk ta’ Berlin li seħħ ftit jiem qabel il-Milied li għadda.

Iż-żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena li qiegħed fil-kustodja tal-pulizija huwa t-tieni Tuneżin li qed jgħin lill-pulizija fl-investigazzjoni.

Rapporti fil-mezzi tax-xandir sostnew li t-Tuneżin kien jaf lil Anis Amri, il-persuna li wettqet l-attakk bi trakk u li ftit jiem wara nqatlet wara diversi sparaturi f’Milan.

Il-prosekuturi jinsabu fiduċjużi li almenu dan l-aħħar Tuneżin arrestat kien jaf b’dak li kien se jwettaq Anis Amri. Fl-attakk f’suq tal-Milied fil-kapitali Ġermaniża inqatlu tnax-il ruħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend