Mijiet ta' persuni midruba fuq ferrovija | One News

Notifiki

Mijiet ta’ persuni midruba fuq ferrovija

Ferrovija tal-passiġġieri tal-Long Island Railroad ħarġet minn fuq il-binarji waqt ir-rush hour fi New York, bil-konsegwenza li diversi persuni weġġgħu.

L-inċident seħħ hekk kif il-ferrovija waslet fl-Atlantic Terminal f’Brooklyn. Il-passiġġiera qalu li kien hemm ħoss kbir segwita minn waqfa f’daqqa, bil-konsegwenza li diversi persuni waqgħu mal-art.

Uħud minn dawk li weġġgħu kellhom jinġarru fuq l-istretchers, filwaqt li oħrajn poġġew viċin il-ferrovija u żammew pakketti tas-silġ ma’ rashom.

Il-kawża tal-inċident għadha mhix magħrufa filwaqt li ħadd minn dawk li weġġgħu ma jinsab f’kundizzjoni serja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend