Janet Jackson issir omm għall-ewwel darba ta’ 50 sena – One News

Notifiki

Janet Jackson issir omm għall-ewwel darba ta’ 50 sena

Il-kantanta popolari Janet Jackson, saret omm għall-ewwel darba fl-etá ta’ 50 sena. Flimkien mar-raġel tagħha Wissam Al Mana, laqgħet it-twelid ta’ binhom.

Kelliem għall-kantanta qal li bħalissa qed tistrieħ u li kellha tqala normali. Kien propju f’April, li bdew l-ispekulazzjonijiet li Jackson qed tistenna tarbija hekk kif ħassret it-tour li kellha tagħmel.

Fuq twitter, il-kantanta kienet qalet lis-segwaċi tagħha li kellha tħassar dawn il-kunċerti minħabba bidla drastika f’ħajjitha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend