Il-hijack ta’ Jason Azzopardi – One News

Notifiki

Il-hijack ta’ Jason Azzopardi

Li huwa avukat u deputat kemmxejn pompuż m’hemmx għalfejn ngħidha jien, kulħadd jaf. Għalkemm l-iktar li jafu huma dawk li jsegwu l-politika mill-qrib, fosthom il-ġurnalisti minn midja oħra li jħobb iċemplilhom iżerżqilhom xi sett mistoqsijiet li jkun għadu kif daħħalhom bħala domandi parlamentari.

Iżda, li ismu jitfaċċa bħala avukat jassisti lil dawk involuti fil-hijack li sar lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet ma kien qed jistenniha ħadd. Għalija mhix aċċettabbli.

Issa, il-President tal-Kamra tal-Avukati jew xi apoloġisti tal-Partit Nazzjonalista jistgħu jgħidu li Azzopardi huwa avukat u għandu kull dritt li jaqla’ l-għixien tiegħu mill-professjoni. Iżda, Azzopardi huwa wkoll il-kelliem tal-ġustizzja tal-Partit Nazzjonalista u waħda ma tinfiridx minn mal-oħra. Għax, għal grazzja ta’ Alla, Jason Azzopardi wieħed hawn.

B’hekk, dak li jippretendi  li f’inqas minn tmintax –il xahar oħra jkollu f’idu l-amministrazzjoni tal-ġustizzja ta’ pajjiżna kellu l-ardir li jidħol jassisti lil min wettaq dan l-att terroristiku. Daħal biex jiddefendi lil min kien ta’ periklu kbir għal pajjiżna u r-reputazzjoni tiegħu.

Li Jason Azzopardi ma jitlifx okkażjoni biex jidher kulħadd kien jaf. Peró din li x’aktarx spiċċa għamel “hijack” f’dan il-każ kbira. Ngħid għamel “hijack” għax fiċ-ċrieki legali qed iddur il-kelma li Jason Azzopardi ħadd ma bagħat għalih u kien hu li b’xi mod deffes denbu fil-każ biex jassisti l-Libjani li diġa’ kellhom għajnuna legali.

Għalkemm minn naħa tiegħu issa qed jgħid (mal-maltatoday dalgħodu) li talbu jgħinu l-avukat tal-għajnuna legali Patrick Valentino. Xi ħaġa li fiha nfisha tqajjem elf mistoqsija, għax hemm proċeduri li jirregolaw l-għajnuna legali.

Hu x’inhu u daħal kif daħal naqbel ma’ Carmel Caccopardo li fil-blog tiegħu kiteb: “Ir-raġel af li mhux tad-daħk imma tal-biki.”

Insomma, dwar il-hijack hemm proċess il-qorti.

Ma’ Jason Azzopardi aħjar nitkellmu dwar l-art ta’ Ħal Qormi. Għax se jkollu ħafna xi jwieġeb. Ma jistax jinħeba għal dejjem. Hemm il-biki għad irid jibda.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend