Ġej is-silġ! – One News

Notifiki

Ġej is-silġ!

Riħ kiesaħ billejl u bi nhar qed ikompli, u t-temperatura qed tkompli nieżla.

It-temp Xitwi qed ikompli jippersisti hekk kif sa dalgħodu stess qomna bil-ħoss tax-xita traxxax mat-tieqa, iżda huwa mistenni li fi tmiem il-ġimgħa l-gżejjer Maltin se jaraw ħalbiet tas-silġ u temperatura aktar baxxa, preċiżament 4°C.

Dan qed jiġi mbassar mill-uffiċju Meterjoloġiku, tbassir li jaqbel ma dak tal-uffiċji meterjoloġiċi internazzjonali.

Xi wħud se jkunu qed jistennew dan it-temp biex iqattgħu tmiem il-ġimgħa għas-sħana fil-kumditá ta’ djarhom filwaqt li oħrajn xejn m’hu se jieħdu gost, hekk kif għandhom pjanat li jqattgħu dawn il-ġranet fil-ftuħ.

screen-shot-2017-01-04-at-19-38-21

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend