Fortuna Dusseldorf FC jaslu f’Malta – One News

Notifiki

Fortuna Dusseldorf FC jaslu f’Malta

Fortuna Dusseldorf FC, il-klabb Ġermaniż tal-Ewwel Diviżjoni, waslu f’Malta illum għal training camp ta’ ġimgħa. Huma jitilqu lura lejn il-Ġermanja fil-11 ta’ Jannar.

Fil-preżent, Fortuna Dusseldorf FC, jilagħbu fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fil-Ġermanja u mmexxija mill-kowċ Friedhelm Funkel. L-iskwadra Ġermaniża f’pajjiżna se tkun waħda kompluta u tikkonsisti fi 28 plejer u 18-il membru ieħor bejn staff tekniku u uffiċjali tal-klabb.

L-MFA spjegat li sakemm idumu f’Malta, Fortuna Dusseldorf FC, se jitħarrġu u jilagħbu diversi partiti ta’ ħbiberija kemm fit-trainings u l-Istadium Nazzjonali tal-MFA u anki fil-Hibernians Stadium, f’Kordin.

Se jitħarrġu għall-ewwel darba llejla fil-5.00pm fit-training grounds tal-MFA. Sakemm idumu f’Malta, Fortuna Dusseldorf FC jitħarrġu kuljum, filgħodu u filgħaxija. Fi kliem l-MFA, Fortuna Dusseldorf FC huma l-ewwel minn sensiela ta’ diversi timijiet Ewropej li ġejjin f’Malta għal din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend