Fl-aħħar jiem ta’ ħajtu jiġi premjat – One News

Notifiki

Fl-aħħar jiem ta’ ħajtu jiġi premjat

Bradley Lowery, tifel ċkejken ta’ ħames snin li fadallu biss ftit jiem ħaj. Dan it-tifel sar magħruf mad-dinja internazzjonali hekk kif ingħata l-opportunitá li qabel imut jaqta’ xewqtu.

Ix-xewqa tiegħu kienet li jmur fil-grawnd ta’ Sunderland u jiltaqa’ mal-plejers, ħolma li saret realtá u li wasslitu biex jirbaħ il-premju li kull plejer ikun jixtieq jirbaħ: “Match of the day’s goal of the Month award.” Dan huwa premju għall-aqwa gowl ta’ dan ix-xahar.

Iċ-ċkejken għandu neuroblastoma, kanċer fin-nervituri li tarbija titwieled bih, ħa sehem fil-partit ta’ Sunderland kontra Chelsea fl-14 ta’ Diċembru u rnexxielu jagħmel gowl.

Bradley ingħata dan il-premju flimkien mal-plejer tal-Manchester United Henrikh Mkhitaryan.

Omm Bradley esprimiet il-kuntetizza tat-tifel meta sar jaf b’din l-aħbar. Għal dan it-tifel inġabru £700,000, b’ £200,000 miġbura mill-klabb ta’ Everton.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend