Aktar minn kwart tal-istudenti dyslexic b’marki pożittivi fl-O’levels – One News

Notifiki

Aktar minn kwart tal-istudenti dyslexic b’marki pożittivi fl-O’levels

Rapport ippublikat mill-bord tal-MATSEC juri kif aktar minn kwart tal-istudenti li huma dyslexic u li poġġew għall-eżamijiet f’livell ordinarju tal-Malti u l-Inġliż kisbu riżultati pożittivi.

Dyslexia hija diżabiltá li ma twaqqfekx milli tkompli titgħallem u tistudja. Iżda, huwa terminu użat biex tiġi deskritta d-diffikultá li student jsib fil-qari, fl-interpretazzjoni tal-kliem, ittri u simboli oħra, iżda d-dyslexia ma taffetwax il-livelli tal-intelliġenza.

Dan jidher biċ-ċar fl-istatistika tal-Matsec, hekk kif turi li fil-maġġoranza tagħhom l-istudenti kisbu riżultati tajbin. Kienu total ta’ 384 student li poġġew għall-eżamijiet f’livell ordinarju, fil-maġġoranza tagħhom applikaw għall-eżami tal-Ingliż. Ir-rapport juri kif kienu:

  • 394 student applikaw għall-eżami tal-Ingliż
  • 331 student applikaw għall-eżami tal-Matematika
  • 323 student applikaw għall-eżami tal-Malti

Ir-reliġjon u l-fiżika kienu żewġ suġġetti oħra popolari ma’ studenti dyslexic, suġġetti li nistgħu ngħidu li għalihom japplikkaw il-maġġoranza tal-istudenti.

Minn dawn it-384 student, 27.5% minnhom għaddew mill-Ingliż b’uħud minnhom saħansitra jirnexxilhom jiksbu l-marka ta’ 1, li f’livell ordinarju tfisser li l-istudent ikun kiseb l-aqwa marki. Studenti dyslexic sabu l-Malti aktar diffiċli hekk kif kienu 25.4% li rnexxilhom jgħaddu minn dan l-eżami.

Meta wieħed imbagħad jitkellem dwar is-suġġetti tal-Matematika u Reliġjon, jinnota li dawn l-istudenti kisbu l-aqwa marki f’dawn is-suġġetti.

  • 31% student kiseb riżultat pożittiv fil-Matematika
  • 33.8% student kiseb riżultat pożittiv fir-Reliġjon

Iżda kien fil-fiżika, li studenti dyslexic kisbu l-aqwa riżultati hekk kif 38% għaddew minn dan l-eżami.

Ir-rapport juri kif aktar minn 80% ta’ studenti dyslexic li rreġġistraw għall-eżami tal-home-economics, Taljan, Graphical communication, Textiles and design, studji Ewropej u Design and Technology irnexxilhom iġibu marki tajbin.

Dan juri kif l-attenzjoni edukattiva u l-assistenza provduta f’dawn l-eżamijiet ħalliet il-frott.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend