10:53 Il-Pulizija għadha kemm ġiet infurmata li s-sewwieqa tat-Toyota ta’ 38 sena sofriet ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li l-persuni l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar Qabel: Tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-22:15, ħames persuni indarbu, fosthom tifel ta’ 6 snin, f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Rav4 misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti r-Rabat, Għawdex, u vettura tat-tip Ford Focus misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Mellieħa.
Fil-vettura flimkien mal-mara fit-Toyota kien hemm ukoll mara ta’ 29 sena residenti Għajnsielem, filwaqt li fil-Ford kien hemm passiġġiera mara ta’ 28 sena u tifel ta’ 6 snin residenti is-Swieqi.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili assistew sabiex il-vittmi jinħarġu mill-vetturi tagħhom u fuq il-post issejħu diversi ambulanzi li ħadu lill-vittmi l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Il-ġrieħi tagħhom għadhom mhux magħrufa.