ATTAKK TURKIJA: Arrestati 12-il persuna hekk kif it-tfittxija għall-aggressur tkompli – One News

Notifiki

ATTAKK TURKIJA: Arrestati 12-il persuna hekk kif it-tfittxija għall-aggressur tkompli

Il-Pulizija Torka arrestat tnax–il persuna waqt rejds f’Istanbul.

Dan f’operazzjoni ta’ tfittxija ma’ taqta’ xejn biex jinstab l-aggressur li fis-sigħat bikrin tal-ewwel jum tas-sena qatel 39 persuna f’post tad-divertiment.

Id-Deputat Prim Ministru tat-Turkija qal li l-awtoritajiet għandhom f’idejhom il-marki tas-swaba’ tal-aggressur, u wiegħdu li se jkun identifikat fi żmien qasir.

Fil-midja Torka qed jiċċirkolaw rapporti li jissuġġerixxu li l-awtoritajiet jafu l-identità tar-raġel u m’għamluhiex pubblika.

Intant, il-Pulizija Torka ppubblikat ritratti ta’ raġel li qed jingħad huwa l-protagonist fl-attakk; liema attakk refgħu r-responsabbiltà għalih l-Militanti tal-iStat Iżlamiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend