Sherlock iktar popolari mir-Reġina – One News

Notifiki

Sherlock iktar popolari mir-Reġina

Jum l-ewwel tas-sena. Jum għall-ikliet, jum biex nirkupraw wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-lejl ta’ qabel.

Imma għal persentaġġ mdaqqas  fisser ukoll il-bidu ta’ staġun ġdid għas-serje Ingliża, Sherlock. Iktar minn 8 miljun telespettatur fl-Ingilterra twaħħlu quddiem it-televiżjonijiet biex wara żmien twil ta’ stennija jerġgħu jingħaqdu mad-duo Sherlock u Watson. Duo li qabel dan is-serje kienu assoċċjati mal-pipa u l-lenti li ħoloq Sir Arthur Conan Doyle.

Il-midja Ingliża kkonfermat li 33% tal-pajjiż tat-te u l-crumpets qatta’ l-ewwel tas-sena  ma’ dawn it-tnejn isolvu l-misteri. Iktar nies milli raw il-messaġġ tal-Milied tar-Reġina Eliżabetta.

L-Episodju ‘The Six Thatchers’ intwerea l-Ħadd waranofisnhar fuq l-istazzjon BBC u ġab miegħu dieqa, dan għaliex qed jingħad li dan se jkun l-aħħar staġun tas-serje minħabba impenji oħra tal-attur ewlieni, Benedict Cumberbatch jew Doctor Strange, kif jafuh ħafna.

Il-moħħ wara s-serje, Mark Gattis, qal mal-midja Ingliża li l-crew kollu jixtieq li jkun hemm iżjed rakkonti tal-ispettur makabru, iżda l-iskedi tal-atturi ewlenin mhux se jippermettu. Fi kliem ieħor. Kull min hu dilettant tas-serje, se jkollu jerġa’ jiddependi fuq il-kotba ta’ Arthur Conan Doyle.

M’hemmx x’tagħmel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend