Operazzjoni ta' salvataġġ fil-Mediterran tintemm b'suċċess | One News

Notifiki

Operazzjoni ta’ salvataġġ fil-Mediterran tintemm b’suċċess

Aktar minn mitt immigrant li kien mas-36 mil nawtiku ’l barra mill-Kosta Libjana, li kienu qed jaqsmu l-Mediterran bit-tama għal ħajja aħjar, kienu salvati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali SOS Mediterranee u Doctors Without Borders.

Fost dawn kien hemm għexieren ta’ tfal u nisa, b’uħud minn dawn tal-aħħar kienu tqal.

L-immigranti – bil-maġġoranza tagħhom ikunu mis-Senegal, mill-Guinea, mill-Uganda u mill-Mali, kienu salvati minn fuq dinghy abjad inflatable li kien qed iġorr bil-wisq iżjed nies milli jiflaħ.

Matul is-sena li għaddiet, l-istess organizzazzjonijiet salvaw aktar minn għaxart’elef persuni f’ħamsin operazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend