ESKLUSSIVA: Pulizija jaqla’ xebgħa kbira – One News

Notifiki

ESKLUSSIVA: Pulizija jaqla’ xebgħa kbira

Il-Kuntistabbli mill-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, PC 835 Christian Agius, safa attakkat bl-aktar mod aggressiv propju għax huwa Pulizija.

L-Ispettur u President tal-Police Officers’ Union Sandro Camilleri spjegalna li l-Kunstabbli kien għaddej fil-ħin liberu flimkien mat-tfajla tiegħu. Dan kien għall-ħabta tas-13.45, u l-ġrajja seħħet kif taqbeż il-mina ta’ San Ġiljan, direzzjoni lejn l-għassa ta’ San Ġiljan.

Bniedem magħruf ħafna mal-Pulizija, tant li kien saħansitra kien il-ħabs, beda jaqbeż il-karozzi u jsuq b’mod illegali. Dan meta taħt il-mina, ma tistax taqleb il-linji.

Il-Kuntistabbli xegħel l-indicator u tefa’ fil-ġenb. L-aggressur waqaf bis-salt quddiemu, niżel u fetaħ il-bieba tal-Kuntistabbli. Dan kulma laħaq għamel hu li saqsieh kif kien qed isuq, u informah li huwa Kuntistabbli. Ta’ dan, l-aggressur wieġeb bi kliem oxxen u beda jtih kemm jiflaħ, tant li kisirlu jdejh u subgħajh u ħallieħ b’ħafna dmija.

Il-Kuntistabbli kien għadu fil-vettura meta l-aggressur baqa’ jtih, telaq jiġri, rikeb il-vettura tiegħu u ħarab.
Ninsabu informati li propju bħalissa, l-Kuntistabbli għadha kemm saritlu CT scan fl-isptar Mater Dei.

It-tfalja tal-Kuntistabbli tinsab taħt xokk qawwi.

L-aggressur jinsab arrestat.

L-Ispettur Sandro Camilleri osserva li l-każ seħħ propju meta l-Pulizija informa dmiru lill-aggressur, u dan jindika l-bżonn qawwi ta’ aktar kollaborazzjoni mill-awtoritajiet Maltin. “Ara ma’ xiex qed inħabbtu wiċċna” irrimarka l-Ispettur. Spjega li meta Pulizija jiddikjara li huwa Pulizija, jiġi f’dak li tissejjaħ “active duty” u jibda jaqdi dmiru b’mod normali.

kuntistabbli2 kuntistabbli3 kuntistabbli4

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend