Ma tinstabx il-persuna li qatlet 39 persuna – One News

Notifiki

Ma tinstabx il-persuna li qatlet 39 persuna

Għada għaddejja it-tfittxija għall-persuna li qatel disgħa u tletin persuna f’Istanbul it-Turkija fil-bidu tas-sena il-ġdida.

Il-persuna, li għada mhiex magħrufa fetħet in-nar lejn diskoteka bl-isem ta’ Reina u rnexxielu jaħrab f’nofs il-konfużjoni li nqalat.

Għad mhux magħruf il-mottiv wara l-attakk iżda hemm suspetti li l-moħħ wara l-attakk kien hemm l-Istat Iżlamiku li diġa’ wettaq żewġ attakk simili fit-Turkija s-sena li għaddiet.

Il-President Tork qal li dawn il-gruppi qed jippruvaw joħolqu konfużjoni, jiddimoralizzaw lil poplu u jiddistabilizzaw il-pajjiż. Il-Partit għall-ħaddiema Kurdi iddistanza ruħu mill-attakk tant li kelliem għall-Partit qal li ma jaslux li joqtlu persuni innoċenti.

Il-Ministru għall-Intern Tork ikkonfermat li għaddejja tfittxijai ntensiva u tittama li l-aggressur jinqabad mill-iktar fis possibli. Fl-istess waqt li t-tfitxxija intensifikat, qed isiru l-preparazzjonijiet għall-ewwel funeral ta’ dawk li tilfu ħajjithom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend