Żewġ persuni arrestati wara li nqabdu jisirqu minn car wash | One News

Notifiki

Żewġ persuni arrestati wara li nqabdu jisirqu minn car wash

 

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa car wash li tinsab fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard minħabba li x’aktarx kien qiegħed isir xi serq.

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u d-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn ġie innutat raġel suspettuż li kien ħiereġ mill-istess car wash sejjer lejn vettura li allegatament kienet qiegħda tistennih.

Is-suspettat twaqqaf mill-Pulizija u wara stħarriġ u tfittxija li saru, irriżulta li r-raġel kien allegatament sgassa xi magni li hemm fil-car wash u seraq ammont ta’ flus.

Ir-raġel li għandu 44 sena flimkien ma’ mara ta’ 42 sena li kienet qiegħda tistennih fil-vettura, ġew arrestati u għadhom qed jinżammu sabiex jgħinu fl-investigazzjonjiet tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend