Minn tal-inqas 39 persuna mejta wara attakk f’post tad-divertiment fit-Turkija – One News

Notifiki

Minn tal-inqas 39 persuna mejta wara attakk f’post tad-divertiment fit-Turkija

Minn tal-inqas 39 persuna, li fosthom hemm 16-il barrani, tilfu ħajjitom u 69 sfaw midruba f’attakk li sar f’post tad-divertiment f’Istanbul fit-Turkija lejlet l-Ewwel tas-Sena.

L-ewwel rapporti fuq il-midja internazzjonali qed tgħid li l-Pulizija għadhom għaddejjin bi tfittxija għat-‘terrorist’ li wettaq dan l-attakk.

L-attakk seħħ dal-lejl għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħaxija meta persuna mhux magħrufa daħlet fil-post tad-divertiment bl-isem ta’ Reina, u spara tiri fuq dawk li kienu preżenti.

Il-post mhux biss popolari fost it-Torok iżda saħansitra popolari ħafna fost it-turisti u barranin li jkunu fil-pajjiż. Persuni fuq il-post sostnew ukoll li l-attakk sar mhux minn persuna waħda iżda minn tnejn.

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend