Mil-lum, tibbenefika minn inċentivi marbuta ma’ propjetà – One News

Notifiki

Mil-lum, tibbenefika minn inċentivi marbuta ma’ propjetà

Se tkun sena li fiha l-poplu Malti se jgawdi minn miżuri li jagħmlu differenza f’ħajjithom.

Fosthom il-miżura tal-first time buyers, li se terġa’ tiġi estiża għal sena oħra. Koppji żgħażagħ u individwi li se jixtru l-ewwel propjetà tagħhom, u li tkun għal skop ta’ residenza, se jerġgħu ikunu eżentati mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €150,000.

Għal sena waħda, dawk ix-xerrejja li jixtru residenza f’Għawdex se jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rata tal-boll, minn 5 fil-mija għal 2 fil-mija. Dan jgħodd għal min jidħol f’konvenju matul l-2017 u jkun reġistrat mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni sal-31 ta’ Diċembru, 2017, u jikkonkludi l-kuntratt sal-aħħar tal-2018. Din mhix valida biss għall-first time buyers.

Miżura oħra hi dik maħsuba biex tkompli tnaqqas l-ispejjeż fuq xogħlijiet fuq propjetà f’żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCA) jew fuq bini ieħor skedat band’oħra fl-ewwel u fit-tieni grad. L-Awtorità tal-Ippjanar nediet żewġ skemi ġodda li permezz tagħhom first time buyers jibbenefikaw sa massimu ta’ €100,000 fuq spejjeż li jkunu nefqu. Skemi li wieħed jista’ japplika għalihom ukoll minn dan ix-xahar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend