Liam l-ewwel tarbija li laqa' l-2017 f'Mater Dei | One News

Notifiki

Liam l-ewwel tarbija li laqa’ l-2017 f’Mater Dei

Liam Borg huwa l-ewwel tarbija li ftit wara t-tokki ta’ nofs il-lejl fetaħ għajnejh u laqa’ l-2017.

Imwieled fis-01:03, Liam huwa l-ewwel wild ta’ Patrick u Bridget.

Wara li għadda l-lejl, twieldu żewġt ibniet. Fis-06:45 twieldet Jade – it-tieni wild għal Sandra u Frank Darmanin.

Jade kellha titwieled fit-tlieta ta’ Jannar, iżda ħabbtet il-bieb u ġiet jumejn qabel.

F’temp ta’ ftit minuti, proprju fis-07:04 ta’ dalgħodu, is-sala tal-Maternità fl-iSptar Mater Dei laqgħet it-tieled tarbija : Kaylie – l-ewwel wild ta’ Ryan u Charlene Bonello. Kaylie li suppost kellha titwieled aktar tard dan ix-xahar.

Għall-ħabta tal-10:40 twieled Charlie, biex bħal Liam, Jade u Kylie wkoll ta sorpriża lill-ġenituri u wasal qabel mistenni.

Fis-sala tal-Maternità fost l-infermiera u l-qwiebel spikka s-sens ta’ għaqda u ferħ, fejn f’atmosfera ta’ festi taw l-aqwa servizz tagħhom għat-trabi u l-ġenituri.

ONE News ukoll jawgura lill-ġenituri, li fl-ewwel jum ta’ sena ġdida taw ħajja lit-tarbija u qed jaqsmu l-ferħ li jġib miegħu twelid ġdid fil-familja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend