"Kull darba ngħid din is-sena nibda naħdem fuqha…" – Peter Paul Gauci | One News

Notifiki

“Kull darba ngħid din is-sena nibda naħdem fuqha…” – Peter Paul Gauci

Peter Paul Gauci huwa ġurnalist sportiv u preżentatur, li għas-sena d-dieħla stqarr magħna li jrid aktar ħin għalih innifsu. Staqsejna dwar ir-riżoluzzjonijiet li se jagħmel jew diġà għamel…

1.X’taħseb fuq ir-riżoluzzjonijiet?

Jiena naħseb li tkun fl-ewwel tas-sena hija data biex iżżomm magħha, prattikament għax għandek id-data li inti tibda tiftakar li fl-ewwel tas-sena ħadt deċiżjoni pereżempju li tibda tagħmel l-eżerċizzju jew li tibda dieta ġdida. Jiġifieri għax għandek data prattikament li hija l-ewwel tas-sena, cut-off date. Għax il-bqija naħseb reżoluzzjoni idealment jekk ikollok bżonn tagħmilha, tagħmilha fi kwalunkwe jum matul is-sena, imma li jkollok id-data bħala punt fiss li tista tirreferi għalih illi tgħid jiena mill-ewwel tas-sena waqaft inpejjep, hija xi ħaġa li naħseb kull sena tasal.

2.Żammejt mar-riżoluzzjonijiet li għamilt fil-bidu tal-2016?

Le ta. F’ħafna minnhom ma rnexxiliex. Tipprova però imbagħad sfortunatament ikun hemm affarijiet li ma jirnexxilekx. Pereżempju jiena waħda milli nixtieq nagħmel hija li xi darba norganizza ruħi biex nagħmel esebizzjoni tar-ritratti tiegħi. Kull darba ngħid din is-sena nibda naħdem fuqha imbagħad, l-iktar minħabba ċirkustanzi tax-xogħol u anke ċirkostanzi oħra li ma jkollokx kontroll fuqhom ma jirnexxilix. Nispera li jirnexxieli fl-2017.

3.X’riżoluzzjonijiet se tagħmel għas-sena 2017?

Nipprova nsib naqra iktar ħin għalija nnifsi. Fis-sens illi qari, għax sfortunatament mhux qed ikolli ċans illi naqra kemm nixtieq, u l-fotografija. Dawk it-tnejn, imma l-fotografija waħda milli kelli tas-sena l-oħra u tal-qari ta’ din is-sena. Irrid nipprova li nsib iktar ħin li naqra iktar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend