Ir-riżoluzzjonijiet ta' Karl Stagno Navarra | One News

Notifiki

Ir-riżoluzzjonijiet ta’ Karl Stagno Navarra

Karl Stagno Navarra huwa ġurnalist u preżentatur li din is-sena beda jippreżenta l-programm Pjazza fuq One. Hawn huma r-riżoluzzjonijiet tiegħu għall-ewwel tas-sena…

1.X’taħseb fuq ir-riżoluzzjonijiet?

Ir-riżoluzzjonijiet għalija huma importanti għaliex jagħtuni impenn għas-sena li ġejja. Inħares lura lejn is-sena li spiċċat u nipprova nagħmel l-aħjar biex dak li fl-opinjoni tiegħi kien li fih inqast, nipprova nirranġahom fis-sena l-ġdida. Ħafna drabi jirnexxieli, imma ħafna drabi le.

2.Żammejt mar-riżoluzzjonijiet li għamilt fil-bidu tal-2016?

Il-maġġoranza tagħhom iva però hemm ħafna oħrajn li ma żammejtx, proprju iktar għall-agħar.

3.X’riżoluzzjonijiet se tagħmel għas-sena 2017

Huma tlieta l-iktar importanti. L-ewwel waħda hija ż-żamma tal-fiżika billi nerġa’ nipprova mmur il-gym wara li waqaft fil-bidu tas-sajf. Innaqqas iż-żaqq li rabbejt matul dawn l-aħħar xhur illi ma kontx qed nagħmel l-eżerċizzju fiżiku. Irrid ukoll nieqaf inpejjep, waħda marbuta mal-oħra. U fl-aħħar irrid nara li namministra aħjar il-ħin ħieles tiegħi, għaliex irrid ngħid li meta nkun fil-ħin ħieles tiegħi irrid nitfi moħħi jew it-telefown milli noqgħod naħseb fuq ix-xogħol u x’qed isir u li għad fadal xi jsir. Ovvjament il-programm Pjazza jieħu ħafna ħsieb għaliex trid tippjana għall-ġimgħa kollha, però imbagħad jinqalgħu avvenimenti fejn imbagħad il-moħħ irid jibqa’ għaddej u taħseb biex tkun innovattiv u taqbad u tgħid ikollok risposta għall-ġrajjiet permezz tal-mistiedna li jkunu ideali għad-diskussjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend