"Dak li għandu jsir, isir mill-ewwel!" – Lydia Abela | One News

Notifiki

“Dak li għandu jsir, isir mill-ewwel!” – Lydia Abela

Lydia Abela hija s-Segretarju Eżekuttiv Tal-Partit Laburista. Ridna nkunu nafu x’riżoluzzjonijet għamlet għas-sena d-dieħla. Manadkollu stqarret magħna li ma temminx fihom! Staqsejna d-domandi li għamilna lil numru ta’ persuni oħra magħrufa fil-ħajja pubblika jew ġurnalistika.

1.X’taħseb fuq ir-riżoluzzjonijiet?

M’iniex persuna li nemmen fir-reżoluzzjonijiet. Nemmen li dak li jeħtieġ isir jew li rrid intejjeb, irid jiġi indirizzat fil-ħin u mhux nistenna l-bidu tas-sena biex nagħmlu. Għalhekk dejjem nipprova nilħaq il-miri tiegħi matul is-sena.

2.Żammejt mar-riżoluzzjonijiet li għamilt fil-bidu tal-2016?

Minħabba li ma nemminx fihom, ma nagħmel l-ebda reżoluzzjoni fil-bidu tas-sena għar-raġuni li nemmen li dak li għandu jsir, isir mill-ewwel.

3.X’riżoluzzjonijiet se tagħmel għas-sena 2017?

Dan iż-żmien aktar jagħtini ċans nirrifletti fuq dak li nkun għamilt matul is-sena u nħares ’il quddiem għall-pjanijiet li jkolli għas-sena l-ġdida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend